"Li Għandi Suppost Ma Jitfejjaqx Imma Jien Nemmen Fil-Mirakli" – Enzo Gusman Fuq Programm Tar-Radju Awstraljan

Ftit tal-ġranet ilu, il-kantant rinomat Malti li jgħix il-Kanada Enzo Gusman tkellem fuq 3ZZZ Melbourne, waqt programm li dejjem jagħti spazju lill-kanzunetti u kantanti Maltin. Programm miġjub lis-semmiegħa minn Liz Phillips, Paul Vella, Salvina Vella u Mario Sammut.

It-tim wara dan il-programm kellu ċ-ċans li jitkellem ma’ Enzo għax ħafna mis-semmiegħa kienu ta’ spiss qed jistaqsu dwar il-kundizzjoni tiegħu. Paul Vella flimkien mat-tim tiegħu rnexxielu jagħmel kuntatt ma’ Enzo u Enzo ħalla dan il-messaġġ.





Hu qal, “Nirringrazzjakom ħafna li bqajtu ssemmgħu l-vuċi tiegħi. Nirringrazzja mill-qalb lil ħafna ħafna Maltin-Awstraljani li naf li qed jitolbu għalija għax nirċievi ħafna messaġġi u xtaqt nibgħatilkom dal-messaġġ. Li għandi suppost ma jitfejjaqx imma jien nemmen fil-mirakli, għalhekk inkomplu nitolbu, ma naqtgħux qalbna. Is-saħħa lil kulħadd.”

Kuraġġ Enzo! Tinsab fi ħsiebna u f’talbna!

Facebook / Patrick Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI