Fl-okkażjoni tal-anniversarju taż-żwieġ tagħhom, Louise Doneo qasmet messaġġ mill-qalb iddedikat lil żewġha, Mark Doneo, fejn fakkret il-jum li fih wegħdu li jqattgħu ħajjithom flimkien. Fil-messaġġ tagħha, Louise kitbet li għadha temmen bis-sħiħ li l-għażla li tiżżewweġ lil Mark kienet l-aqwa deċiżjoni li qatt ħadet f’ħajjitha.
Hija rringrazzjatu talli dejjem iġegħelha tħossha maħbuba, filwaqt li ddeskrivietu bħala l-blata tagħha u l-aqwa ħabib tagħha. "Illum niċċelebraw il-jum li għidna ‘I do’, il-jum li għażilna li nkunu raġel u mara. Għadni tassew nemmen li l-għażla li għażiltek kienet l-aqwa deċiżjoni li qatt ħadt. Dejjem iġġegħelni nħossni maħbuba. Grazzi talli int il-blata tiegħi u l-aqwa ħabib tiegħi. Happy Anniversary, għażiż. Inħobbok aktar mix-xagħar griż kollu li tajna lil xulxin matul is-snin."
Il-messaġġ intlaqa’ b’ħafna kummenti ta’ awguri u mħabba mingħand is-segwaċi tagħha, li ngħaqdu magħha biex jawguraw lill-koppja aktar snin ta’ ferħ u mħabba flimkien.
Facebook / Louise Doneo