“Li Narak Tikber Fiż-Żagħżugħ Mill-Aqwa Li Int Illum Hi Barka Kbira.” – Fiorella Chircop Lil Binha Chad

Chad, iben Fiorella

Nhar it-Tlieta li għadda Fiorella Chircop kitbet messaġġ speċjali mill-qalb fuq il-midja soċjali biex tawgura lil ġuvni li jfisser ħafna għaliha f'jum għeluq sninu - binha Chad.

Fiorella tikteb, "Li narak tikber fiż-żagħżugħ mill-aqwa li int illum hi barka kbira… Nawguralek għeluq l-għoxrin sena tiegħek mill-isbaħ, Chad! Jalla dan il-jum ikun speċjali daqsek. Inħobbok dejjem u kburi ħafna li nista’ nsejjaħlek ibni."

Ir-raġel ta' Fiorella, Daniel Chircop, ukoll ħa ħsieb jawgura lil Chad, li mill-ewwel darba li ltaqgħu minnufih ħabbew lil xulxin, kif ġieli kiteb hu stess. "Kbirtli u tqarqaċtli, imma dejjem tibqa n-number 1. Happy Birthday. Inħobbok Chad," jikteb Daniel.

Fiorella qasmet anke diversi ritratti matul is-snin ta' Chad flimkien magħha u ma' żewġha Daniel. Awguri mill-qalb Chad!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI