L-attur Matthew Sant Sultana kien jimmudella ftit tas-snin ilu. Hu qasam ritatt minn dak iż-żmien fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Matthew ta’ ċajtier li hu fetaħ il-messaġġ tiegħu, “Oh żmien ħelu….”
M’għaddewx għexiren ta’ snin u Matthew għadu kważi l-istess! “Minn dejjem kelli ambizjonijiet kbar lejn il-ħajja u dan il-kapitlu kien wieħed minnhom. Xtaqt nirrappreżenta l-pajjiżi u hekk ġara imma li ninżel bħala rebbieħ u li kelli ċ-ċans inxejjer dik il-bandiera tant għal qalbi ftit li xejn stennejtha.”
Hu jkompli jgħid, “Ehh… żmien ħelu, iżda għandi ambizzjonijiet akbar… xi ħaġa li dejjem xtaqt li nferraħ ħafna nies u int li qed taqra dan il-messaġġ f’tant żmien diffiċli prova tbissem imqar fuq ċuċata li għamilt jien jew li ġratlek f’ħajjtek u tibżax, flimkien nerġgħu lura għal aktar daħk u tiċriet tal-wiċċ.”
Grazzi ta’ dan il-ħsieb pożittiv Matthew!
Facebook / Matthew Sant Sultana