Il-kantant lokali Ivan Grech kiteb kelmtejn dwar l-aħjar mod biex nagħtu l-appoġġ lil xi ħadd li jkun għadu kif tilef persuna qrib tiegħu.
Hu spjega, “Għeżież tiegħi, ħadd m’għandu jistenna jew isaqsi lil ruħ li qed tħoss in-nuqqas ta’ xi ħadd, biex toħroġ minnha. Li wieħed jasal biex jaċċetta telfa għandha l-proċess tagħha u kulħadd iħoss dan in-nuqqas bil-mod tiegħu. Minflok, isimgħu, b’għaqal u b’kunsiderazzjoni. Agħrfu l-uġigħ u d-dieqa ta’ min qiegħed fl-iktar mument vulnerabbli tiegħu. Tajjeb li tkun hemm maġenbhom fil-vjaġġ tagħhom fejn l-ispazju u l-attenzjoni hemm bżonnhom.”
Żied jgħid, “L-iktar att importanti huwa li tkun hemm. Il-preżenza tiegħek hi ta’ faraġ u tagħti sens ta’ empatija, tifsira, u tama fl-uġigħ ta’ xi ħadd b’qalb maqsuma.”
Facebook / Ivan Grech