“Liam Inti X’Taħseb Li Se Jiġri Mill-Festi Fis-Sena 2050?” – Clare Agius Tistaqsi Lil Binha Liam

Clare Agius kellha konverżazzjoni mat-tifel tagħha Liam dwar il-wirt kulturali u nazzjonali tagħna.

Hi staqsietu, “Liam inti x’taħseb li se jiġri mill-festi fis-sena 2050? U mill-arti u l-artist? U mit-tempji u l-mużewijiet?”

Hu wieġeb għal kull mistoqsija bl-istess tweġiba, “Ma nafx”.

Clare kompliet tispjegalna, “Ejja naraw li jkollhom xi jgħidu. X’se jiġri mill-festi? X’ħa jiġri bl-arti? X’ħa jiġri bil-wirt kulturali tagħna? It-tifel ma jafx, aħna nafu? Għalhekk ħa nieħu sehem fi tliet konverżazzjonijiet nazzjonali, fuq il-festi, fuq l-arti, u fuq il-wirt kulturali tagħna, biex meta nsaqsu lil uliedna, ikollhom tweġiba.”

Nirringrazzjaw lil kull min qed isemma leħnu f’dawn id-diskussjonijiet dwar il-wirt Malti tagħna. Hi inizjattiva li trawwem iżjed għarfien dwar il-kultura u storja Maltija, u kif ukoll rispett lejn pajjiżna.





Facebook / Kultura u Envision 2050



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI