Libsa Ta’ Jason Grech Tiġbed L-Attenzjoni Tad-Dinja

Id-disinjatur Jason Grech, illum il-ġurnata m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Jason Grech, il-Malti ibbażat ġewwa l-Awstralja qed jiġbed l-attenzjoni tad-dinja bid-disinji tiegħu. Riċentament lil Jason rajnieh ukoll f’pajjiżna b’żewġ sfilati waqt il-Malta Fashion Week.

View this post on Instagram

A post shared by J A S O N G R E C H (@jasongrech) on Jun 29, 2019 at 11:28pm PDT

Ilbieraħ isem Jason, kien fuq l-akbar portals li jeżistu fid-dinja dan għaliex libbes lil Sophie Monk għas-serata tal-Logies Awards li jippremjaw l-aqwa artisti fid-dinja televiżiva Awstraljana. Il-libsa ta’ din il-personalità serqet l-attenzjoni u kienet imsejħa waħda mill-aqwa lbiesi tal-lejl minn diversi siti internazzjonali u faħħru wkoll lid-disinjatur Malti.

Skont is-sit PopSugar, din il-libsa ħadet aktar minn 30 siegħa biex tlestiet. Il-Malti ħadem verżjoni mill-ġdid ta’ din il-libsa li tinsab fl-aħħar kollezzjoni tiegħu, tant hu hekk li l-libsa kellha parti mid-dublett li jitneħħa biex Sophie Monk tkun tista’ tgawdi l-avveniment li jsir wara din is-serata.

View this post on Instagram

A post shared by J A S O N G R E C H (@jasongrech) on Jun 30, 2019 at 4:33pm PDT

Ċertament ħa nibqgħu nisimgħu isem Jason Grech ħafna aktar... jidher biċ-ċar li anke personalitajiet lokali qed jilbsu l-ħwejjeġ tiegħu. Fost dawk li rajna b’disinji tiegħu nsibu lil Ira Losco, Maxine, Tamara Webb, Sarah Zerafa u l-mudella Francesca Mifsud fost oħrajn. 

Milli jidher il-libsa mill-kollezzjoni tal-Malti tant intlaqgħet tajjeb li anke kien hemm min ipprova jikkupjaha, u għamel dan għall-istess avveniment. Id-disinjatur Steven Khalil innega dan u qal li l-libsa inħadmet apposta mal-klijenta tiegħu. Aħna nħallu lilkom taslu għal konklużżjoni mir-ritratt tal-libsa l-oħra hawn taħt!

View this post on Instagram

A post shared by Ada Nicodemou (@adanicodemou) on Jun 29, 2019 at 10:35pm PDT

>

F'isem Gwida.mt nifirħulu għas-suċċessi kbar li qed jikseb u ħerqana li nibqgħu naraw aktar u aktar xogħol minn tiegħu!

Instagram / Jason Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI