Ġlieda Fuq Statwa Tal-Madonna Fi Skola – L-Għalliem Ried Li Jneħħiha Mill-Entratura!

Każ li seħħ fl-Irlanda lura fl-2015 spiċċa l-qorti wara ġlieda fuq statwa tal-Madonna f’entratura tal-iskola. Ġlieda li seħħet bejn għalliem u l-purtinar tal-iskola. Jidher li wara dan l-argument l-iskola ddeċidiet li tmexxi l-istatwa għall-post ieħor.

L-għalliem ilmenta lill-awtoritajiet fl-2012 fejn stqarr li huwa jara l-istatwa tal-Verġni Marija bħala simbolu assoċjat mal-oppressjoni, il-moħqrija u l-umiljazzjoni tan-nisa u t-tfal. Huwa qal li l-istatwa kienet ta’ offiża.

L-għalliem li huwa pprova jneħħi l-istatwa għax qiesha bħala vittimizzazzjoni tiegħu stess. Huwa ddikjara li l-purtinar intervjena biex jipprevjeni t-tneħħija tal-istatwa u hemm bdiet ġlieda bejn iż-żewġ irġiel.

Il-każ eskala u spiċċa l-qorti! Min kien jobsor li statwa tista’ toħloq daqstant ġlied!?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI