Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare fakkru lis-segwaċi tagħhom, li l-klieb jistgħu ikunu f’bajja waħda biss li fiha r-ramel.
Huma qalu, “Ħlief għall-Bajja tal-Imġiebaħ, il-klieb ma jistgħu jkunu f’ebda ramla, fl-ebda żmien tas-sena. Għaliex? Il-ħmieġ tal-klieb jista’ jindifen taħt ir-ramel u joħloq riskju kbir għas-saħħa tal-għawwiema, speċjalment għat-tfal li jilagħbu fil-bajja. Il-klieb ħuduhom jgħumu fiż-żoni assenjati lilhom, biex tieħdu ħsieb saħħet kulħadd.”
Fil-kummenti kienu bosta li urew li ma jaqblux ma’ din. Bosta qalu li l-klieb għandhom bżonn ir-ramel, fejn oħrajn qalu li hemm aktar ħmieġ li qed jitħalla fuq il-baħar, bħal dak tal-BBQs.
Persuna partikolari qalet, “Aħjar taraw il-miżbla li jħallu n-nies, dejjem il-klieb jeħlu. Minflok nimxu ‘l quddiem, immorru 100 sena lura!”