Apparti atturi familjari bħal Veronica Farrugia, Michela Galea, Guido Fenech u Jamie Cardona, waqt Nostalġija ser naraw lil attur li rajna f’produzzjonijiet bħal Għeruq, Intriċċi u sintendi… Simpatiċi!
“Attur u kittieb anzjan. Forsi magħruf l-aktar għall-kitba tiegħu ‘In-Neputija tal-Kappillan’; ‘Għeruq’ u ħafna episodji fis-sensiela Simpatiċi. F’Nostalġija jibda bħala sempliċi sid ta’ titotla, imma jsir protagonista aktar tard, meta jiddeċiedi li jagħmel għotja ġeneruża lill-kappillan.”
Fil-fatt waqt Nostalġija ser inkunu qed naraw lil Joe Gatt mill-ġdid bil-karattru ta’ Ġamri. Tgħid x’ser ikollu x’joffri f’din il-parti li ser jaħdem? Ninsabu ħerqana immens!