Atleta Malti Tat-Taekwondo Gianluca Barbara Jingħata L-Unur ta’ ‘Best Male Competitor’ U Jirbaħ Midalja Tad-Deheb Fil-Madrid Masters Open!

Gianluca Barbara

L-atleta Malti tat-taekwondo fil-kategorija Masters (-74kg), Gianluca Barbara, kiseb suċċess impressjonanti fir-raba’ edizzjoni tal-Madrid Masters Open, fejn rebaħ il-midalja tad-deheb bi prestazzjoni dominanti u ngħata wkoll it-titlu prestiġjuż ta’ Best Male Competitor.

Gianluca ta prestazzjoni individwali eċċellentim fejn beda l-kompetizzjoni b’rebħa qawwija fis-semifinali kontra l-Ispanjol Roberto Fernández Pelegrín, fejn rebaħ b’point gap.



Fil-finali, kompla bl-istess livell għoli meta għeleb lill-Amerikan Roberto Arana, ukoll b’rebħa qabel ma spiċċa l-ħin.



Gianluca kellu anke rwol importanti fis-suċċess li kiseb flimkien mat-tim tiegħu: Johan Lenander (mill-Iżvezja), Serghei Dominici (mil-Lussemburgu), u Fran Tellez (minn Spanja).



Gianluca ġie mistieden personalment minn Eduardo Lozano biex jikkowċja u jmexxi kamp ta’ taħriġ internazzjonali. Huwa mexxa sessjonijiet ma’ atleti minn tmien pajjiżi differenti minn diversi kontinenti.

L-isforzi tiegħu wassluh biex jirbaħ il-premju ta’ Best Male Competitor. Kisba storika għal Malta. Din hija l-15-il midalja tad-deheb ta’ Gianluca f’16-il kompetizzjoni mill-2024 ’l hawn.

Dawn il-kisbiet kollha juru wkoll il-progress u l-preżenza dejjem tikber tat-taekwondo Malti fuq livell internazzjonali.

L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Taekwondo rringrazzjat lil Eduardo Lozano, u lill-Federación Madrileña de Taekwondo għall-organizzazzjoni u l-ospitalità. Ringrazzjamenti speċjali wkoll lil Serghei Dominici u Francesco Scarciolla għall-appoġġ u t-taħriġ matul il-kompetizzjoni.

Prosit tassew lill-Malti Gianluca!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI