Iċ-ċelebrazzjonijiet għaddejjin fil-familja rjali Brittanika hekk kif il-Prinċipessa Eugenie illum ħabbret li qed tistenna t-tielet wild tagħha.
Skont stqarrija uffiċjali maħruġa minn Buckingham Palace, il-Prinċipessa u żewġha Jack Brooksbank esprimew il-ferħ tagħhom għal din l-aħbar sabiħa, bil-wild mistenni li jitwieled fis-sajf. Intqal ukoll li r-Re Karlu III jinsab “ferħan ħafna” li se jkollu neputi ieħor.
Fil-fatt, iż-żewġ uliedhom, August Brooksbank (ta’ ħames snin) u Ernest Brooksbank (ta’ sentejn), huma eċitati ħafna biex tikber il-familja.
Din l-aħbar iżżid kapitlu ġdid fil-ħajja tal-koppja, li diġà għandhom familja li qed tikber u li tgawdi attenzjoni kbira mill-pubbliku.
Awguri mill-qalb!
Facebook/ The Royal Family