“Lil Din It-Tfajla Sabiħa Li Saret Parti Mill-Familja Tagħna Nixtieq Ngħidulha, Awguri Mill-Qalb” – Bjorn Formosa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa ta l-awgurju tiegħu lil Elsie, parti mill-familja tagħhom li qed tiċċelebra għeluq sninha.

Hu qal, “Lil din it-tfajla sabiħa li saret parti mill-familja tagħna nixtieq ngħidulha, awguri mill-qalb! Illum tiċċelebra għeluq sninha b’festin ġo DAR Bjorn! Grazzi mill-qalb, għażiża, Elsie, tal-imħabba bla kundizzjonijiet li tagħti mhux biss lili, imma lil kull resident f’DAR Bjorn.”

Qal ukoll, “Id-dinja tkun post aħjar b’nies bħalek. Inħobbuk ħafna! Grazzi talli għalkemm għadek żgħira dejjem għedtli, “Miegħek Jien …” u jien miegħek, ser ngħinek fejn għandek bżonn!”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlna minn qalbna f’dan il-jum tant speċjali!





Facebook/Bjorn Formosa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI