“Lil Kull Raġel Li Qatt Qalulu Biex Jibqa’ Sieket, Biex Ikun B’Saħħtu U Jerfa’ L-Piż Kollu…” – Dr.Nicholas Briffa

Il-psikologu Dr.Nicholas Briffa jtella’ dan il-ħsieb mill-paġna tiegħu fejn ifakkar li Ġunju huwa x-xahar tas-saħħa tar-raġel.

“12 ta’ Ġunju hu x-xahar tas-saħħa tal-irġiel. Din hi t-tfakkira tiegħek: is-saħħa tiegħek tagħmel differenza. Mhux biss illum. Kuljum. Lill kull raġel li qatt qalulu biex jibqa’ sieket, biex ikun b’saħħtu u jerfa’ l-piż kollu mingħajr ma jilmenta.M’intix waħdek.M’intix dgħajjef.Int bniedem. Li tħoss m’hijiex falliment. Li tissielet m’hijiex xi ħaġa tal-mistħija.
Li tfittex l-għajnuna hija azzjoni li turi saħħa. Anke meta diffiċli tara dan… għandek skop. Int meħtieġ. Int maħbub. Bħalma fjura ddur lejn id-dawl tadx-xemx, int ukoll tista’ tfittex it-tama. Anke f’jiem imsaħħba, id-dawl għadu hemm… u hekk ukoll aħna.

Kemm jekk qed tiffaċċja xi ħaġa diffiċli, kemm jekk qed terfa’ xi ħaġa tqila… tista’ tgħaddi minn dan. Ħajtek għandha valur.  Is-saħħa tiegħek hija importanti. Int importanti.  Ibqa’ ddur lejn id-dawl. Hemm saħħa fil-għeruq tiegħek u sbuħija fil-mod kif qed tikber.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI