Il-kantant lokali Claudio Teuma Castelletti, magħruf bħala l-kantant prinċipali tal-band popolari Kantera, li rajniehom b’suċċess jispikkaw kemm f’Mużika Mużika kif ukoll fil-Malta Eurovision Song Contest, illum qed jiċċelebra 11-il sena ta’ mħabba u ħbiberija mal-għażiża martu.
F’post emozzjonanti li qasam fuq il-midja soċjali, Claudio kiteb, “Il-11-il anniversarju t-tajjeb. Lil marti s-sabiħa u brillanti. Int il-blata tiegħi, il-post fejn inħossni sigur, u omm straordinarja għat-tifel tagħna. Għal 11-il sena ta’ mħabba, daħk, u tant avventuri oħra flimkien.”
Kliem mimli gratitudni, affezzjoni u rispett lejn persuna li għaddiet miegħu minn tant episodji tal-ħajja. F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nawguraw lil Claudio u lil martu Janine ħafna aktar snin mimlijin mħabba, ferħ u serenità. Nittamaw li jibqgħu jkomplu jikbru flimkien, jimtlew b’aktar esperjenzi sbieħ u b’mumenti li jsaħħu r-rabta bejniethom.
Awguri mill-qalb!
Facebook / Claudio Teuma Castelletti