Viżitaturi li qed jippjanaw żjara fil-Blue Lagoon f’Kemmuna dan is-sajf se jkollhom jibbukkjaw minn qabel, hekk kif l-awtoritajiet ikkonfermaw limitu ta’ 4,000 persuna għal kull ħin stabbilit.
L-MTA qalet li s-sistema reġgħet daħlet fis-seħħ wara tħassib kontinwu dwar l-iffullar f’dan is-sit turistiku popolari, b’dibattitu li tqajjem wara filmat fuq TikTok li wera l-post ippakkjat bin-nies.
Il-viżitaturi jistgħu jirriżervaw post b’xejn online jew minn punti ta’ informazzjoni madwar Malta u Għawdex, filwaqt li kull booking jiġġenera QR code li jinbidel għal wristband fid-daħliet uffiċjali.
Il-miżura hija parti minn strateġija biex jitnaqqas l-impatt tat-turiżmu tal-massa fuq Blue Lagoon, flimkien ma’ aktar infurzar, monitoraġġ ambjentali, lifeguards u operazzjonijiet ta’ tindif matul is-sajf.
Idħol HAWN għal aktar informazzjoni.
Facebook/ Alfred Sant