Il-Bank of Valletta (BOV) informa lill-klijenti u lill-pubbliku li l-problema teknika li affettwat il-proċessar tal-ħlasijiet tal-istipendji u s-salarji dalgħodu ġiet solvuta kompletament.
Il-bank qal li l-ħlasijiet doppji kollha li saru issa ġew revokati b’suċċess u l-kontijiet kollha affettwati reġgħu ġew aġġustati għall-bilanċ korrett tagħhom.
Fl-istqarrija, il-BOV spjegat li hekk kif ġiet identifikata l-problema, ittieħdu passi immedjati biex tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni u jitwettaq proċess strutturat ta’ korrezzjoni.
Intant, għaddejja reviżjoni biex tiġi stabbilita l-kawża tal-problema u biex jiġu implimentati titjib meħtieġa fis-sistemi u l-kontrolli tal-bank.
Facebook/ BOV