Il-kantant Ludwig Galea kiteb kelmtejn sbieħ fuq Facebook hekk kif hu u l-mara tiegħu Sarah qed jiċċelebraw 11-il sena miżżewġin.
“L-imħabba hija meta l-hena u s-saħħa tal-familja tiegħek isiru aktar importanti minn tiegħek,” hu kiteb. “Iż-żwieġ mhuwiex dwar ix-xinxilli u l-eċċitament ta’ ‘Inħobbok’; huwa dwar ir-rabta profonda li tirrifletti d-durabbiltà u r-reżiljenza tal-azzar, speċjalment meta jiġi ttestjat.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Ludwig u Sarah fl-anniversarju tagħhom.
Facebook / Ludwig Galea