Luke Azzopardi Jħalli Marka F’Paris Fashion Week Bid-Debutt Ta’ ‘Salomé’

Id-disinjatur Malti Luke Azzopardi kompla jpoġġi lil Malta fuq il-mappa internazzjonali tal-moda wara d-debutt tiegħu waqt Paris Fashion Week bil-kollezzjoni 'Salomé'. F’post fuq il-midja soċjali, Arts Council Malta iddeskriviet dan il-mument bħala wieħed li “mar lil hinn mill-aspettattivi”, filwaqt li sejħitu ċirku li ngħalaq għall-moda Maltija fuq il-palk dinji.

L-organizzazzjoni rringrazzjat ukoll lill-belt ta’ Pariġi għall-esperjenza, b’messaġġ sempliċi iżda sinifikanti, "Grazzi Pariġi, sad-darba li jmiss." Id-dehra ta’ Luke Azzopardi f’wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fid-dinja tal-moda tirrappreżenta pass importanti mhux biss għall-karriera tiegħu, iżda wkoll għat-talent kreattiv Malti, li qed ikompli jikseb rikonoxximent fuq livell internazzjonali.

Id-debutt f’Pariġi sar bl-appoġġ ta’ Arts Council Malta, li kompliet tappoġġja artisti u kreattivi Maltin biex iwasslu x-xogħol tagħhom lil hinn minn xtutna.

Ritratti:

Facebook / Arts Council Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI