Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru Robert Abela, marret tiltaqa’ ma’ xi klieb gustużi li qegħdin fis-Santwarju Noah’s Ark.
Ippubblikat filmat ħelu tagħha tgħannaq u tfissed kelba ċkejkna jisimha Luna u spjegat, “Luna dalwaqt ser ikollha l-ġriewi għall-adozzjoni. Grazzi lil Noah’s Ark tal-imħabba li kollha qed jagħtu lilha u lill-annimali kollha tagħhom.”
Ma tistax ma tiggustahiex lil din il-kelba innoċenti li dalwaqt ser issir omm. Jekk intom interessati biex tadottaw ġerwa, nappellaw biex tikkuntattjaw lil Noah’s Ark.
Nirringrazzjaw lil Dr Lydia Abela talli qed tqajjem iktar għarfien dwar dawn il-klieb li se jkunu għall-adozzjoni. Ejjew insibulhom id-dar li jixirqilhom!
Facebook / Lydia Abela