“Mġiba Diżgustanti U Irresponsabbli – Dal-Kelb Deher Jintrema Minn Karozza F’Ħal Far”

Fuq il-midja soċjali, mara bl-isem ta’ Sarah Jane Vella żvelat li f’Ħal Far rat persuna tarmi kelb minn ġol-karozza u tibqa’ sejra. 



dog



“Kompletament mġiba diżgustanti u irresponsabbli għal kollox!” kitbet hi. “Dan il-kelb mbeżża’ deher jintrema minn karozza quddiem Maritime MT f’Ħal Far! Animal Welfare ġew kkuntattjati iżda m’għandux ċippa u allura apparentement ma jistawx jiġbruh! Jista’ xi ħadd jadotta dan il-kelb mbeżża’ bla dar li ġie ttrattat daqshekk ħażin? Lill-persuna li għamlet dan, ISTĦI!”



dog

Il-kummenti mill-ewwel splodew b’mijiet ta’ nies joffru l-għajnuna ta’ x’tista’ tagħmel din il-mara. Il-kelb preżentament qed ifittex familja li verament tieħu ħsiebu u tagħtih l-imħabba li għandu bżonn. Jekk tixtieq taddotta dan il-kelb, ikkuntatja lil Sarah HAWNHEKK. 

Sarah Jane Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI