Il-paġna The Malta Police Force ħarġet twissija importanti lill-pubbliku dwar dokument falz li qed jiċċirkola, u li qed jidher bħallikieku ġej uffiċjalment mill-Pulizija.
Dan id-dokument, madankollu, mhux ġenwin u għandu l-għan li jqarraq bin-nies. Il-Pulizija fakkret li dokumenti uffiċjali qatt ma jintbagħtu b’dan il-mod u lanqas ma jitolbu xi forma ta’ ħlas mingħand iċ-ċittadini.
Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ biex joqgħod attent u jieħu prekawzjonijiet jekk jirċievi dokument suspettuż bħal dan.
“Jekk tirċievi dan id-dokument tirrispondihx, taqsamx informazzjoni personali jew finanzjarja. Ibqa’ viġilanti u għinu biex jieqfu l-iscams,” jiktbu The Malta Police Force.
The Malta Police Force qed tappella biex kulħadd jibqa’ viġilanti.