Intervistat waqt Awla, l-eżorcista Fr Charles Baldacchino isemmi kif matul il-karriera tiegħu kien iltaqa’ ma’ omm partikolari li ma ħaditx grazzja mal-mara ta’ binha u allura meta din ħarġet tqila, marret tagħmel magħmul fuq it-tarbija li ‘l quddiem spiċċat twieldet “diformata”.
“Marret għand saħħar u għamlitilha magħmul fuq it-tarbija,” jispjega Fr Charles filwaqt li wissa dwar is-saħħa tal-okkult u appella sabiex wieħed iżomm ‘il bogħod minn dawn l-elementi.
Bħala eżorcista, Fr Charles saħaq li l-esperjenza twila tiegħu għalmitu li kull min jagħmel kuntatt ma’ dawn l-elementi jew anke jipprova jagħmel kuntatt, ħajtu tista’ tinqaleb drastikament.
Intom x’taħsbu?
Ritratti: Facebook / Awla