Fuq il-profil tagħha llum Omm Peter Borg minn Red Electrick, Elizabeth Borg ma kellhiex aħbar daqstant sabiħa xi tħalli warajha. Fil-fatt ħabbret li lbieraħ ħallietha ommha l-għażiża.
Elizabeth xeħtet ritratti mimlijin memorji kif ukoll messaġġ mill-qalb għal ommha. “Ma, ilbieraħ ħallejt din id-dinja fil-paċi u ħallejt warajk dmugħ ta’ niket u memorji prezzjużi. Issa qed tgawdi mill-ġdid il-kumpanija tal-għażiż missieri wara tnax-il sena. Nirringrazzjawk tal-imħabba u l-għożża kollha li urejtna tul ħajjitna. Inħobbok, qed inħoss in-nuqqas tiegħek, jalla tistrieħ fil-paċi u tħares lejn il-familja tagħna.” Peter ukoll sellem lill-għażiża nanntu fejn qalilha kemm ser iħoss in-nuqqas tas-sens pożittiv u ċ-ċajt li tant kienet magħrufha għalihom.
Minn qalbna noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha ta’ Peter f’dan il-mument diffiċli. Tistrieħ fis-sliem nanntu l-għażiża!