Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha Maruska Vella, omm il-mibki Jake Vella. Josie, missieru, ħejja messaġġ f'isem ibnu, fejn qed jawgura lil ommu u jserħilha rasha li għad jingħaqdu għal dejjem.
"Ma, is-sena l-oħra kantajtlek Happy Birthday mill-kamra ġewwa l-isptar. Illum qiegħed inkantahielek xorta mill-ġenna mingħajr tbatija. Inhobbok Ma. Inwiegħedek li se nibqa' nieħu ħsiebek għal dejjem. Sakemm nerġgħu niltaqgħu. Postok diġa qiegħed lest ħdejja, biex din id-darba ma ninfirdux."
Josie xerred filmat ta' Jake meta kanta You Are My Sunshine għal ommu, filmat emozzjonali li mess il-qlub ta' kulħadd. Awguri Maruska!
Facebook/ Josie Vella