Wasal! It-Tnejn li għadda David Camenzuli u l-mara tiegħu Leah laqgħu t-tieni wild tagħhom fid-dinja – it-tarbija Harry. Harry kelli jitwieled ix-xahar id-dieħel imma ma setax jistenna aktar donnu u wasal fid-dinja ftit qabel!
View this post on Instagram
“L-introduzzjoni tar-raġel żgħir (ħerqan) tagħna …” Leah qasmet fuq il-mezzi soċjali, u ħabbret ukoll l-isem tat-tarbija ħa jkun Harry. “Jista’ jkun li ma kienx bidu faċli għalik imma int perfezzjoni! ”
View this post on Instagram
Harry jingħaqad ma’ oħtu l-kbira Sophia, li l-koppja li huma magħrufin sew fuq Instagram laqgħu lura f’Novembru 2018. David u Leah intrabtu f’tieġ mill-isbaħ f’Bali f’Novembru 2016.
Facebook / David Camenzuli