F’kitba emozzjonali, Gloriana Arpa Belli qasmet il-weġgħa u l-vjaġġ diffiċli li qed tgħix wara t-telfa kbira li laqtet lill-familja tagħha.
Hi ddeskriviet dan il-mument bħala pass lejn “realtà ġdida”, fejn trid titgħallem mill-ġdid kif tgħix mingħajr il-preżenza ta’ missierha, ommha u Aurelio — tliet pilastri fundamentali f’ħajjitha.
“Ma nafx ħajja mingħajr missieri, ommi u Aurelio, allura issa rrid nitgħallem mill-bidu, bħal tifla titkaxkar, nieħu pass pass lejn ħajja ġdida. Il-wirt tagħhom se jibqa’ jgħix għal dejjem,” tikteb Gloriana.
B’mod partikolari, Gloriana fakkret lil Aurelio bħala persuna ta’ qalb kbira u karattru sod: ġentili, professjonali, b’talent kbir u determinazzjon.
Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, Gloriana esprimiet gratitudni profonda lejn kull min kien ta’ sostenn matul dan il-perjodu diffiċli.
Facebook/ Gloriana Arpa Belli