Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom il-Kunsill Lokali Żejtun qasmu avviż għall-pubbliku dwar bidla fit-traffiku. Ara aktar fil-post li tefgħu.
“Minħabba l-inċident li seħħ nhar is-Sibt li għadda, fejn waqa’ ħajt ta’ dar privata fi Triq Luqa Briffa, kellna nibdlu t-traffiku billi ndawru Triq Santa Marija fid-direzzjoni ta’ Triq il-Bon Consigli, sabiex il-vetturi żgħar ikunu jistgħu joħorġu lejn Triq Santa Katarina.”
Huma jiskużaw ruħhom peress li jinħoloq xi inkonvenjent b’dan it-tibdil. Qasmu anke ritratti biex dak li jkun jara eżatt għal fejn qed jirreferu.