“Ma Ninsewk Qatt U Grazzi Tal-Marċi Sbieħ Li Ħallejtilna” – 41 Sena Mill-Mewt Tal-Maġġur Aquilina

Bħal-lum 41 sena ilu miet il-Maġġur Aquilina fid-dar tiegħu ġewwa Tas-Sliema. Fuq il-midja soċjali, bosta sellmu l-memorja tiegħu u rringrazzjawh għall-marċi sbieħ li ħalla warajh.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna soċjali tiegħu, ġie  mfakkar dan l-anniversarju b’messaġġ mimli kemm rispett kif ukoll nostalġija. Il-messaġġ  iffoka l-iktar fuq il-wirt mużikali li ħalla warajh. Dan it-tagħrif ġie segwit mill-messaġġ “RIP, ma ninsewk qatt u grazzi tal-marċi sbieħ li ħallejtilna,” 

Dan il-messaġġ intemm bit-talba, “Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.” Minkejja li diġà għaddew 41 sena wara mewtu, il-memorja tal-Maġġur Aquilina għadha ħajja fost dawk kollha li kienu jafuh u anke baqgħu japprezzaw il-marċi li ħalla warajh.

Insellmu l-memorja tiegħu.

Ritratti:

Facebook/ Il-Paġna Uffiċjali Maġġuur Anthony Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI