“Ma Nistax Nemmen Li Llejla Se Nirritorna Fil-Eurovision… Kburija Li Jien Maltija!” – Miriana Conte

Illejla Miriana Conte se tkun qiegħda tirritorna fuq il-palk tal-Eurovision wara li s-sena l-oħra hi kienet telgħet fuq l-istess palk, f’dik l-okkażjoni fl-Isvizzera, sabiex tirrrappreżenta lil pajjiżna bil-kanzunetta tagħha ‘Serving Kant’. Din id-darba, Miriana se tkun waħda mill-mistiedna speċjali.

Fuq il-midja soċjali, il-kantanta Maltija saħqet li għadha ma tistax temmen li se terġa’ tkun lura fuq dak il-palk u fissret is-sodisfazzjon tagħha li l-kanzunetta ‘Serving Kant’ ħalliet impatt pożittiv fost bosta persuni.

Miriana saħqet li l-kanzunetta ħalliet impatt pożittiv fuqha wkoll għaliex tagħtha l-opportunità li mhux biss tibni karriera ta’ suċċess iżda wkoll tistabilixxi kuntatti ma’ għadd ta’ persuni.

“Kburija li jien Maltija,” temmet tikteb Miriana Conte.

Nawgurawlha għall-prestazzjoni tal-lejla!







Ritratti:

Instagram / Miriana Conte

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI