"Ma Rridu Qatt Ninsew Dak Il-Wirt Tanġibbli u Intanġibbli Li Jagħtina Identità." – Godfrey Farrugia Dwar Iċ-Ċelebrazzjoni Tal-Halloween

Godfrey Farrugia għadu kif kiteb messaġġ rigward iċ-ċelebrazzjonijiet li d-dinja għaddejja bihom minħabba l-Halloween. Fuq il-midja soċjali u l-midja inġenerali naraw għadd ta’ persuni ma jispiċċa qatt ifakkru din il-festa b’xi mod jew ieħor. 

Godfrey jikteb li dan huwa sewwa, m’hemm xejn ħażin diment li jsir b’mod sensibbli. “F’dinja globalizzata faċli ninsew il-kultura tradizzjonali tagħna. Li nadotta oħrajn, fil-fehma tiegħi mhu xejn ħażin, iżda ma rridu qatt ninsew dak il-wirt tanġibbli u intanġibbli li jagħtina identita. F’ dawn l-aħħar snin, is-sabiħ tal-Halloween dejjem iċċelebrajtu u l-gost tiegħi hu li niftaħ il-bieb tad-dar għat-tfal. Dejjem inkun preparat bil-ħelu.”

Godfrey iżid li apparti festi bħall-Halloween jeħtieġ li mbagħad ma ninsewx dawk il-festi li huma tant prezzjużi għall-gżejjer Maltin u t-tradizzjoni tagħna. “Wara dan il-jum jmiss San Martin u l-borza ta’ San Martin… Li tiċċelebra hi ħaġa sabiħa.”

Iċċelebraw u dejjem ħudu ħsieb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI