L-AAA laqgħet membru ġdid fis-santwarju tagħha. Doberman gustuża li kellha ħajja diffiċli mmens.
Fuq il-paġna kitbu, “Din it-tifla waslet fis-santwarju tagħna f’kundizzjoni ta’ qsim ta’ qalb. Din it-tifla sabiħa Doberman kellha kundizzjonijiet tal-ġlieda u jidher li ġisimha qed ibati. Għada se noħduha s’għand il-vet fejn se nagħmlulha testijiet tad-demm u neżaminawha iktar biex nifhmu eżatt kemm għandna bżonn għajnuna. Qed tinqasmilna qalbna narawha hekk, u diffiċli nimmaġinaw x’ħajja kellha. Iżda minkejja kollox, ġrat l-iktar ħaġa tajba għaliex waslet għandna u għall-ewwel darba f’ħajjitha, issa għandha ċans ta’ protezzjoni u ħajja sabiħa kif dejjem kien jistħoqqilha.”
Nittamaw li ssib il-familja li tassew jixirqilha.
Facebook / Association for Abandoned Animals