Dalgħodu fuq il-midja soċjali l-Malta Rangers Unit appellaw għall-preżenza ta’ iżjed uffiċjali tal-pulizija fil-gżira Għawdxija sabiex jiġu żgurati l-ħarsien u l-protezzjoni tal-ambjent. Sostnew li dan in-nuqqas qed jagħti lok sabiex iseħħ l-abbuż.
L-għaqda spjegat kif ilbieraħ stess xi rangers minn tagħha żaru l-villaġġ Għawdxi tal-Qala fi sfond ta’ rapporti li xi annimali ma kinux qed jiġu mħarsa sew.
Isemmu li meta kienu hemmhekk mal-pulizija sabu ma’ wiċċhom raġel liebes balaklava ħadra li fid-daqqa u l-ħin telaq jiġri b’kemm kellu saħħa.
Kien għalhekk li l-Malta Rangers Unit temmet il-messaġġ tagħha fuq il-midja soċjali tisħaq li se tkun qiegħda tkompli ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni ambjentali fil-gżira t’Għawdex hekk kif irrimarkat li matul dawn l-aħħar ġimgħat b’mod partikolari l-insib illegali żdied b’mod sostanzjali.
Facebook / Malta Rangers Unit