Malta Fil-Quċċata Tal-'ILGA-Europe Rainbow Index' Għall-Għaxar Sena Konsekuttiva

Malta kisbet l-ewwel post fil-klassifika tal-ILGA-Europe Rainbow Index għal għaxar snin konsekuttivi. Dan juri l-impenn kontinwu ta’ pajjiżna favur inklużjoni tal-persuni LGBTIQ+.

Dan l-unur jirrifletti l-qafas legali progressiv tal-pajjiż u l-valuri ta’ rispett, dinjità u inklużjoni. Il-Ministru għat-Turiżmu, Ian Borg, qal li dan jirrifletti r-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni li tapprezza d-diversità u d-drittijiet tal-bniedem.

Carlo Micallef, CEO tal-Awtorità tat-Turiżmu, saħaq li dan ir-rikonoxximent jikkonferma l-viżjoni strateġika ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika inklussiva u sigura għal kulħadd.

Il-klassifika ta’ Malta hija wkoll sostnuta minn żviluppi reċenti fil-politika u s-soċjetà li jsaħħu l-ugwaljanza u l-inklużjoni, fosthom: ir-riforma Legal Gender Recognition Reform, l-inawgurazzjoni ta’ Dar il-Qawsalla, LGBTIQ+ Wellbeing Hub.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI