Maltija Fost Ħames Avukati Li Ħa Jmexxu Programm Fi New Zealand Li Jgħin Madwar 600 Tfajla

Martina Caruana, avukata internazzjonali minn Malta, hija waħda minn ħames avukati li ġew magħżula bħala konsulent għall-avukati aspirant li ġejjin minn sfond żvantaġġjat fi New Zealand.

Il-programm ta’ mentoring jifforma parti minn GirlBoss Edge, programm tat-tmexxija ta’ għaxart ijiem li għalih Martina ġiet avviċinata biex tieħu sehem mill-Kap Eżekuttiv ta’ GirlBoss NZ stess, Alexia Hilbertidou.





Waqt li qasmet l-aħbar fuq il-midja soċjali, Martina tikteb “Eċitata li ġejt avviċinata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni NZ u GirlBoss fi New Zealand biex nagħmel mentoring lil 600 tfajla dwar il-liġi, il-politika u l-governanza. It-tfajliet se jkunu predominantement Māori & Pasifika; żewġ gruppi sotto-rappreżentati fil-professjoni legali. Ninsab ħerqan li nagħmel il-parti tiegħi biex inbiddel dan!”

Awguri minn qalbna Martina. Nieħu gost naraw Maltin jiksbu suċċess b’mod professjonali ‘l bogħod minn xtutna.

Facebook / Martina Caruana



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI