L-attur lokali Toni Busuttil qasam messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali f’jum li fih ommu, li m’għadhiex magħna, kienet tiċċelebra għeluq sninha.
Fil-kitba tiegħu, Busuttil esprima kemm għadha kbira n-nuqqas tagħha fil-ħajja ta’ kuljum. Qal li kważi kuljum joħlom biha u jħossha miegħu f’dak kollu li jagħmel, filwaqt li stqarr li ma tgħaddix ġurnata mingħajr ma jixtieq li jkun jista’ jerġa’ jaraha, anke għal minuta waħda.
"Imma daqt nerġgħu nkunu flimkien ta', iż-żmien għaddej, jien qed nixjieħ, saħħti qed tmajna. U dak ifisser li iċ-ċens jagħlaq daqt. U din id-darba nkunu flimkien għal dejjem. Inħobbok bla qies Ma."
Insellmu l-memorja ta' omm Toni.