Mara F’Koma Bil-Covid-19 Wara Li Welldet Ix-Xahar Li Għadda Għandha Titħalla Tmut – L-Imħallef Jieħu D-Deċiżjoni

Il-Qorti tal-Protezzjoni qalu li t-tobba m’għadhomx jippreservaw ħajjet il-mara, iżda jtawlu l-mewt tagħha. Mara fir-Renju Unit li għandha 30 sena u tinsab pożittiva bil-Covid-19 għadha f’koma indotta xahar wara li welldet it-tifel. L-imħallef iddeċieda li din għandha titħalla tmut kontra x-xewqat tal-familja tagħha.

L-Imħallef iddeċieda li t-tobba jistgħu legalment jieqfu milli jipprovdu kura biex jgħinu lil din il-mara tibqa’ tgħix minħabba li għandha kundizzjonijiet ta’ saħħa oħra. Huwa ddeskriva l-każ bħala wieħed ta’ dwejjaq wara li l-ispeċjalisti qallu li kollox kien ippruvat u ċ-ċansijiet ta’ rkupru tal-mara kienu żero.

II-mara Musulmana hi miżżewġa u għandha wkoll tifla ta’ tliet snin, barra t-tarbija l-ġdida. Ir-raġel u oħt il-mara qalu li għandha tingħata aktar ħin u t-trattament għandu jkompli. Huma qalu li l-Musulmani jemmnu li Alla biss jista’ jtemm il-ħajja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI