Dawk segwaċi tal-paġna ta’ Victor Vella jafu kemm ta’ kuljum jikteb dwar aħbarijiet koroh li jirrigwardjaw l-immigranti, fejn fil-maġġoranza ta’ dawn l-aspett tal-inġustizzja jkun kruċjali. Illum tkellem fuq l-esperjenza ta’ mara li sfortuatament welldet waqt li kienet abbord dgħajsa fi triqitha lejn Malta, bl-istorja tispiċċa bil-mewt tat-tarbija kawża tal-fatt li dawn in-nies tħallew f’nofs ta’ baħar.
Huwa kompla billi qal, “tkompli l-indifferenza u l-inumanità tal-UE u l-pajjiżi membri kollha tagħha. Pajjiżi li qegħdin jadottaw il-politika ta’ fortizza Ewropea … politika li qed iżżid it-tbatija u l-imwiet. U waqt li għaddejja din il-kriżi umanitarja, l-akbar kriżi ta’ żmienna, l-politiċi medhijin f’affarijiet frivoli.”