“Kapitlu 28 Beda Llum! Nirringrazzja Lil Kull Wieħed U Waħda Minnkom Li Bgħattuli L-Messaġġi” – Is-Sindku Scott Camilleri

Scott Camilleri

Illum, is-sindku ta’ Birżebbuġa Scott Camilleri qed jiċċelebra għeluq sninu hekk kif beda kapitlu ġdid f’ħajtu – għeluq it-28 sena tiegħu.

F’messaġġ li qasam mal-pubbliku, huwa esprima l-gratitudni tiegħu lejn kull min bagħatlu awguri f’dan il-jum speċjali.

Scott irringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih u bagħtulu messaġġi sbieħ, u sostna kemm japprezza dawn il-ġesti ta’ mħabba u appoġġ.

“Kapitlu 28 beda llum! Nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom li bgħattuli l-messaġġi sbieħ tal-awguri,” jikteb Scott.

B’mod partikolari, huwa semma lil Rebecca, li minkejja ġurnata impenjattiva, sabet il-ħin biex flimkien jiċċelebraw dan il-mument importanti.

Awguri mill-qalb!







Ritratti:

Facebook/ Scott Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI