“Il-bajja ta’ San Tumas tal-mistħija, ma nitgħallmu qatt. Ipprova ssebbaħ Marsaskala! Mnalla mhux xi riħ għax kieku kollox il-baħar jew f’nofs ta’ triq,” kiteb wieħed raġel fuq Facebook hekk kif żvela ritratt ta’ ammont kbir ta’ skart ġewwa Marsaskala.
Fil-kummenti jidher li bosta nies qed jgħidu li l-jerrycans is-sofor huma taż-żejt u jintużaw mir-ristoranti. Jidher li mhux l-ewwel darba li saret xi ħaġa bħal din, hekk kif wieħed mill-kummentaturi qal li “Marsaskala ż-żibel ta’ Malta ġie.”
X’taħseb minn dan kollu? Taqbel ma’ dawn il-kummenti?
Facebook/Malta, News, Photos and People