“Martin George Walker, Raġel Ta’ 48 Sena, Ġie Rrappurtat Nieqes Lill-Pulizija.” – The Malta Police Force

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force qasmu mas-segwaċi tagħhom appell għall-għajnuna rigward persuna lie ġie rrappurtat nieqes riċentament.

Huma qalu, “Martin George Walker, raġel ta’ 48 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. Huwa deher l-aħħar il-Marsa u kien liebes flokk aħmar, shorts u pouch iswed. Martin jiffrekwenta l-inħawi tal-Qawra.”

Żiedu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.”

Xerrdu dan l-artiklu forsi ngħinu fit-tfittixja ta’ dan ir-raġel.





Facebook/The Malta Police Force



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI