"Maskri Taċ-Ċarruta Mhumiex Aċċettabli" – Ittra Minn Sptar St. Luke's

Iben anzjan ta’ 89 sena, bagħtilna messaġġ fuq il-paġna tagħna, ittra li rċieva mid-dipartiment tal-OPU li jinsab St Luke’s Hospital. L-ittra tgħid li għall-appuntament, l-anzjan ma jistax jilbes maskra taċ-ċarruta. 





“…Kun af li maskri taċ-ċarruta mhumiex aċċettabli waqt l-appuntament tiegħek fl-OPU. Jekk jogħġbok ilbes maskra kiruġika. Min jattendi liebes maskra taċ-ċarruta ma jitħalliex jidħol”. tgħid l-ittra.

Tajjeb li nfakkru li l-maskri kiruġiċi (dawk il-blu) għandhom jitremmew wara l-użu tagħhom. Ma tistax taħsilhom, ma tistax terġa’ tilbishom imma trid tarmi wara l-ewwel użu tagħhom. Kun prudenti u attent!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI