“Mejju Tal-2025 Kien L-Aktar Milwiem Fl-Aħħar Għaxar Snin B’Medja Ta’ 34.5mm Ta’ Xita” – It-Temp Madwarna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna qasmu aħbarijiet sbieħ mas-segwaċi tagħhom, hekk kif qalu li Mejju tal-2025 kien l-aktar miwiem fl-aħħar għaxar snin!

Bdew billi qalu, “Mejju tal-2025 kien l-aktar milwiem fl-aħħar għaxar snin! B’medja ta’ 34.5mm ta’ xita, Mejju li għadu kif intemm tana tliet darbiet u nofs iżjed xita mill-medja klimatika ta’ 9mm. Wara li Marzu tal-2025 kien l-aktar wieħed milwiem fl-aħħar 20 sena (81.4mm), ir-rebbiegħa ta’ din is-sena kienet globalment meqjusa bħala waħda b’ħafna xita fl-aħħar snin, kif tixhed l-istatistika.”

Komplew billi żiedu, “Ħames pulzieri xita fl-aħħar tliet xhur, bl-aktar rebbiegħa li tersaq viċin tkun b’anqas min-nofs dan l-ammont!

Tlieta fir-Rebbiegħa 2020: 41.7mm

Sitta fir-Rebbiegħa 2021: 27.5mm

Erba’ fis-Rebbiegħa 2022: 36.4mm

Tnejn fir-Rebbiegħa 2023: 57.1mm

Ħames fir-Rebbiegħa 2024: 31.9mm

Wieħed fir-Rebbiegħa 2025: 123.6mm

Din ix-xita ħalliet effetti pożittivi fil-kampanja Maltija din is-sena, fejn rajna iżjed fjuri selvaġġi mis-soltu (speċjalment is-sagħtar), siġar tal-lewż mimlijin faxxina, qamħ u silla itwal mis-soltu, u n-nixfa daħlet b’mod iżjed gradwali. Il-fawna wkoll gawdiet minn iżjed ikel u ilma għax-xorb u s-sajf dieħel iżjed bil-mod.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI