L-ewwel tifla fil-familja Calleja! Kevin Paul ftit tal-ħin ilu ħabbar li ħuh Kyle, il-fustani, kellu tifla. Kevin għadda l-awguri tiegħu fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu fejn kiteb, “Prosit lil ħija Kyle Calleja u l-mara ta’ ħija Cristina għat-twelid tan-neputija sabiħa tagħna. Kemm l-omm kif ukoll it-tifla huma b’saħħithom, fi spirtu tajjeb u qed jistrieħu.”
Din hi l-ewwel tifla fil-familja Calleja u ninsabu ċerti li l-familja kollha ħa tkun qed tfissidha mmens, speċjalment iz-zijiet Kurt u Kevin li lbieraħ filgħaxija kienet tant ħerqana u anke bdew jinku lis-segwaċi tagħhom fuq instagram dwar aħbar sabiħa li ħa jħabbru dalwaqt.
Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Kyle u lil martu Christina l-isbaħ xewqat f’dan il-jum tant speċjali għall-familja tagħhom.
Facebook / Kurt Calleja