AIDAN kompla jiġbed attenzjoni pożittiva wara l-ewwel prova tiegħu fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest, hekk kif id-djar tal-imħatri qed ikomplu juru fiduċja kbira fil-kanzunetta Bella.

Ritratt: Eurovision World
Fil-fatt, bħalissa Bella tinsab fis-7 post fost il-favoriti li jirbħu l-festival prestiġjuż, riżultat inkoraġġanti ħafna għal AIDAN, Malta u t-tim kollu. Din hija l-ogħla pożizzjoni li pajjiżna laħaq din is-sena mad-djar tal-imħatri.
Ir-rispons fuq il-midja soċjali u fost il-ġurnalisti preżenti għall-provi kien wieħed ferm pożittiv, b’ħafna jfaħħru kemm il-prestazzjoni enerġetika ta’ AIDAN kif ukoll il-viżwali u l-istaging tal-kanzunetta. Staging li ħa jkun xi ħaġa li qatt ma rajna bħalu fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest.
Bosta partitarji Maltin issa qed jittamaw li din is-sena tista’ tkun waħda memorabbli għal Malta fil-Eurovision, hekk kif l-entużjażmu madwar Bella qed ikompli jikber minn jum għal ieħor.
Instagram / AIDAN