Waqt li jkunu għaddejjin bil-ħajja bieżla u impenjata tagħhom, il-ġenituri dejjem ħa jiġuhom mumenti fejn ikunu jixtiequ jaraw u jkellmu lil uliedhom, speċjalment jekk hemm distanza bejn il-pajjiżi bejniethom. Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qasmet mument bħal dan fuq il-midja soċjali.
“Meta nkun barra minn xtutna, l-unika telefonata li nkun ħerqana għaliha hija dik ma’ Valentina. Inkomplu bl-impenji!,” tikteb Rebecca. Xerrdet ritratt tagħha waqt telefonata ma’ bintha, ftit qabel tkompli bil-ħidma tagħha.
Bosta rreaġixxew għal din il-post li ċertament jistgħu jirrelataw magħha ħafna ġenituri!
Facebook/ Rebecca Buttigieg