“Meta Tħoss L-Uġigħ, Ibki Kemm Hemm Bżonn. Tħalli Lil Ħadd Iwaqqfek Milli Tagħmel Dan.” – Ftit Minn Kollox

Fuq il-paġna ‘Ftit Minn Kollox’ inkitbu kelmtejn dwar il-biki u l-uġigħ, li huma emozzjonijiet normali ħafna. Fuq il-paġna spjegaw li kulħadd għandu dritt jibki.

Il-kitba tibda b’dawn il-kliem, “Meta tħoss l-uġigħ, ibki kemm hemm bżonn. Tħalli lil ħadd iwaqqfek milli tagħmel dan. Se ssib min jgħidlek li qed tesaġera, imma l-verità hija sempliċi: ħadd ma jista’ jifhem il-weġgħa tal-ferita li huwa qatt ma ġarr s’issa. Int qed tħoss l-uġigħ, mhux huma, għaldaqstant l-opinjonijiet ta’ ħaddieħor mhux importanti.

Ikomplu jiktbu, “Ibki, ħalli l-uġigħ jieħu ż-żmien tiegħu. Imbagħad meta tieqaf tibki, imsaħ id-dmugħ, qum minn hemm u erġa’ ibda. L-uġigħ ma jitlaqx minnufih, imma nassigurak li ma jdumx għal dejjem. Għax wara li jgħaddi l-uġigħ se tiskopri li erġajt b’saħħtek iżjed minn qatt qabel.”

Dan huwa kliem mimli emozzjoni li jfakkarna li l-uġigħ huwa normali imma mhux kulħadd se jifhmek. Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika u biki ma jfissirx li qiegħed tesaġera.





Facebook / Ftit minn kollox



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI