"Mhux Qed Ngħid Li Salvajt U M'Hemmx Ċans Li Joħroġ Jerġa'" – Fuq Kellymni Ingrid Sammut Titkellem Bl-Aktar Mod Reali

Ingrid Sammut, iltqajna magħha għall-ewwel darba fuq il-programm HazZzard u minn hemm bdiet avventura li żgur qatt ma tista’ tinsa. L-avventura ta’ HazZzard intemmet u Ingrid ġiet lura Malta, fejn wara numru ta’ testijiet skopriet li għandha kanċer. 

L-uġigħ li kienet ħasbet kien xi nerv maqrus jew xi injury li għamlet meta kienet qed tħejji ruħha għall-avventura, kien proprju kanċer li kien fl-ispina ta’ daharha. Minn hemm bdiet ġlieda, ġlieda kontra l-ħin sabiex dan il-kanċer jitneħħa u tieħu t-trattament meħtieġ.





Fuq il-podcast, Ingrid tgħid li minħabba li ma kienx infirex kellha 80% ċans li ssalva iżda kieku laħaq infirex iċ-ċans kien jinżel għal 20%. Hi titkellem dwar min hi Ingrid u dwar kif ħajjitha inqalbet ta’ taħt fuq, u nbidlet meta skopriet bil-kanċer. 

F’dan il-podcast se ssiru tafu lil Ingrid Sammut aktar mill-viċin u se tiskopru aktar dwar ħajjitha, u l-ġlieda tagħha biex tgħix u tgħix ħajja ta’ kwalità. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta’ Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida.mt bi preżentazzjoni ta’ Melanie Kelly, għada it-Tnejn 28 ta’ Lulju, mit-20:00 ‘l quddiem.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI