“Miet Waħdu F’Sodda Tal-Isptar” – Membru Ta’ I Pooh Jitlef Ħajtu Kawża Tal-Covid-19

Stefano D’Orazio, membru storiku tal-famuż grupp Taljan I Pooh, tilef ħajtu fl-età ta’ 72 sena kważa tal-Coronavirus. Għal għexieren ta’ snin hu kien id-drummer tal-grupp iżda kiteb ukoll xi kanzunetti.

Membru ta’ I Pooh, Dodi Battaglia, meta tħabbret it-telfa ta’ D’Orazio, qal li kienet devastanti li jsir jaf li “Stefano miet waħdu” f’sodda tal-isptar. “Hu ma kienx tajjeb, iżda ma deherx li kien daqshekk serju. Hu kien qed jiġi ttrattat fi sptar ġo Ruma. Jien kont qed nistenna aħbar dwar l-irkupru tiegħu iżda minflok sirt naf li kien miet. “





Stefano Orazio kien ingħaqad ma’ I Pooh fl-1971, u telaq mill-grupp fl-2009, iżda rritorna fl-2015 biex jieħu sehem fit-tour grandjuż li ċċelebra l-50 anniversarju tal-banda. D’Orazio żżewweġ lil Tiziana Giardo fl-2017, dakinhar li għalaq 70 sena. Huma ma kellhomx tfal.

Fuq il-midja soċjali, I Pooh qalu li tilfu lil ħuhom.

La Repubblica



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI