"Mijiet Ta' Nies Imwerwrin Kuljum U Għandhom Għal Xiex" – Janet Walker Titkellem Wara Li Ħaddiem Jitlef Ħajtu F'Sit Ieħor

Janet Walker kienet waħda minn dawk il-familja li soffrew ħsarat kbar fi djarhom, meta ħajt minnhom waqa’ u spiċċaw ilkoll barra minn darhom. Janet tkellmet pubblikament kemm-il darba dwar is-sitwazzjoni tal-bini u s-siti ta’ kostruzzjoni f’Malta. Fil-bidu tas-sena, mara tilfet ħajjitha ġewwa darha meta d-dar tagħha spiċċat borġ ġebel.





Issa spiċċa tilef ħajtu ħaddiem li kien qed jaħdem fuq sit ta’ kostruzzjoni ġewwa Bormla. Qed jiġi rrappurtat minn Lovin’ Malta li l-ħaddiem hu immigrant. Il-Pulizija kkonfermaw li l-ħajt waqa’ għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu f’Sqaq L-Erwieħ. Mill-inqas persuna oħra hija feruta serjament. Xi oħrajn huma rappurtati li qed jinġibdu mit-tifrik.



Janet tikteb, “Tkexkix ta’ bard u rabja liema bħala… Ma jistax ikun! Ma jistax ikun biex int issir sinjur jew tirranġa l-proprjetà tiegħek, toqtol lin-nies! Istħu jekk tafu! Mijiet ta’ nies imwerwrin kuljum u għandhom għal xiex! Tafdaw lil ħadd! Kondoljanzi lill-familja tal-vittma.” Nittamaw biss li dawk li jinsabu f’qagħda kritika jsalvaw.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI